“Aħsbu ftit iktar fiha u fit-tobba” – omm Emily qabel l-operazzjoni

Omm iċ-ċkejkna Emily, Vanessa Gatt, appellat lill-pubbliku sabiex matul din il-ġimgħa jaħseb ftit fiha u fit-tobba tagħha hekk kif se tkun qed tgħaddi minn operazzjoni.

Permezz ta’ post fuq Facebook, Gatt spjegat li llum it-tifla se tkun qed tidħol l-isptar sabiex tipprepara ħalli għada ssirilha l-operazzjoni.

Iz-zija ta’ Emily, Claire Gatt, spjegat li t-tifla se tkun qed tgħaddi minn operazzjoni twila u intensiva sabiex jitneħħielha tumur.

Intant, fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook, Puttinu Cares talbet lill-pubbliku sabiex jitlob għal Emily, li kienet qed toqgħod fl-appartamenti ta’ Puttinu propju sal-lum, qabel ma daħlet l-isptar għall-operazzjoni.

L operation ta Emily fl ahhar waslet. Ghada nidhlu sptar u l operation issir Tuesday. M ghandix dubju li dejjem fi talb…

Posted by Vanessa Gatt on Sunday, May 17, 2020

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn