Filmat: Aħrab, staħba u tkellem

Attakki terroristiċi, bħal dawk li kien hemm f’Pariġi u Londra, fejn mietu 130 persuna u weġġgħu 400 persuna huma rari ħafna.
L-awtoritajiet jistinkaw biex dejjem ikunu preparati f’każ ta’ xi attakk terroristiku, imma l-pubbliku x’għandu jagħmel?
Filmat ippubblikat mill-awtoritajiet tar-Renju Unit jagħti ħjiel ta’ wieħed x’għandu jagħmel f’każ li jinqabad f’attakk terroristiku waqt li jkun fuq btala billi juża s-sistema aħrab, staħba u tkellem.
Aħrab

  • Jekk hemm minn rotta sigura minn fejn
  • Insisti li ħaddieħor jiġi miegħek, imma tħallix l-inċertezza tagħhom iżżommok
  • Ħalli l-affarijiet personali warajk

Staħba 

  • Jekk ma tistax taħrab, staħba 
  • Kun konxju tal-postijiet kollha minn fejn tista’ toħroġ 
  • Sib ilqugħ mill-isparar
  • Evita postijiet li tista’ tinqabad fihom (irkejjen, sqaqien,etc.)

 Tkellem

  • Ċempel lis-servizzi tal-emerġenza meta tkun sigur (112 fl-Ewropa)
  • Għidilhom fejn qed isir l-attakk
  • Għidilhom kemm rajt agressuri u ddeskrivihom