“Aħna poplu b’saħħtu li jegħleb kull diffikultà” – Bjorn

Ritratt: Facebook/BjornFormosa

Bjorn Formosa llum wassal messaġġ ieħor fuq il-midja soċjali biex jappella għall-għajnuna tal-pubbliku biex fis-sena l-ġdida, l-2020 tinfetaħ Dar Bjorn f’Ħaż-Żebbuġ.

Huwa ddeskriva din is-sena li waslet biex tispiċċa bħala waħda mimlija xogħol, ostakli u anke opportunitajiet. Qal li għandna quddiemna objettivi kbar u s-sena li jmiss trid tkun kruċjali biex nwettqu l-ikbar proġett mediku lokali ta dawn l-aħħar snin.

Formosa qal li, “Aħna poplu b’saħħtu li jegħleb kull diffikulta, nerġgħu nqumu u nwettqu affarijiet kbar ilkoll flimkien. M’hemmx partiti, m’hemmx kuluri, flimkien inwasslu soluzzjonijiet għal ħutna l-Maltin u l-Għawdxin. Awguri għal sena ġdida mimlija risq u hena!”

Huwa wkoll għamel appell: “Għinuni nara dal-proġett jinfetaħ qabel ma jasalli ż-żmien”.

Ibagħtu SMS fuq 50618936 – €6.99 jew 50619271 – €11.65 u għinu lil Bjorn Formosa jara dil-ħolma issir realtà!