“Aħna mbierka li għandna lilek f’ħajjitna” – Claudia lil Christina

Ritratt: Facebook/ClaudiaMagrin

Illum jaħbat għeluq is-17-il sena tal-kantanta Christina Magrin li rrappreżentat lil Malta fl-edizzjoni tal-2016 tal-Junior Eurovision Song Contest. Hija kienet ħadet sehem bil-kanzunetta Parachute.

Bosta kienu l-messaġġi ta’ awgurju għal din il-kantanta żagħżugħa li twieldet bħal-lum, is-7 ta’ Ġunju tal-2003.

Fost il-ħafna messaġġi li kienu pubbliċi fuq il-midja soċjali kien hemm dak ta’ ommha Claudia li kkummentat li bilkemm għalqet għajnejha u Christina kienet diġà kibret fi tfajla sabiħa.

Kompliet tgħid li huma mberkin li għandhom lilha f’ħajjithom kif ukoll li fil-proċess biex għallmuha l-valuri tal-ħajja, spiċċaw biex tgħallmu ħafna huma wkoll.

L-omm iddeskriviet lill-kantanta bħala tfajla b’qalb tad-deheb.

Ritratt: Facebook/ClaudiaMagrin

Awguri Christina.