“Aħna lesti biex naħdmu fuq it-tmien staġun ta’ Division 7”

Davide Tucci bħala Il-Brimbu. Ritratt: Facebook/Division7

Bla dubju li l-puntata tal-lejla tas-sensiela Division 7 li xxandret fuq l-istazzjon One qanqlet ħafna interess hekk kif intwera l-aħħar episodju tas-seba’ staġun.

Ir-reazzjoni tat-telespettaturi u s-segwaċi tas-sensiela Division 7 kienet waħda immedjata hekk kif il-paġna Facebook ta’ din is-sensiela litteralment infaqgħet bil-kummenti u kliem ta’ tifħir.

Tant hu qawwi r-rispons tat-telespettaturi li f’temp ta’ 7 minuti kien hemm duiġa mal-elfekn “like” u kważi elf kumment.

Wieħed mill-kummenti l-aktar komuni tas-segwaċi tas-sensiela kien “bellaħtuna”.

Oħrajn faħħru l-episodju kollu, kif ukoll l-atturi, waqt li ma naqsux it-teoriji ta’ oħrajn dwar kif jaħsbu li s-sensiela se tkompli.

It-tim tal-produzzjoni però ħabbar ukoll li Division 7 se jkun qed ikompli f’April li ġej, li kif qed jindikaw il-producers tas-sensiela se jkun staġun “akbar u aqwa minn qatt qabel”.

Ritratt: Facebook/Division7

Fil-fatt DBA Entertainment minn Jannar li ġej se tkun qed tippreżenta sensiela ġdida bl-isem ta’ Game Over.

Manwel Cucciardi fis-serje l-ġdida Game Over

Din se tkun sensiela hi miktuba minn Jonathan Azzopardi u fost l-atturi li se jieħdu sehem fiha nsibu Manwel Cucciardi u Michela Borg Brincat.

Sadattant ikomplu għaddejjin il-kummenti tat-telespettaturi fuq il-paġna Facebook ta’ Division 7.