Aħna l-Maltin u l-Karnival

Il-kantanti Raquela u Eleanor Spiteri, l-illużjonista Brian Rolè, flimkien ma’ żeffiena minn Dancel Dance Studio se jkunu fost il-mistiedna ewlenin fil-programm tal-lejla ta’ The Entertainers, il-varjetà televiżiva tas-Sibt filgħaxija, li tixxandar fuq l-istazzjon Net fit-8.30pm.

Minbarra l-mużika live u d-divertiment garantit, l-ingredjenti ewlenin wara s-suċċess tal-programm, ikun hemm ukoll id-diskussjoni Aħna l-Maltin. Din il-ġimgħa The Entertainers jiddiskuti l-Karnival flimkiena ma’ 3 protagonisti tal-Karnival Malti: George Zahra, Josephine Mangion u Stiefnu Debattista.

Bi preżentazzjoni tal-kantant u xowman popolari Janvil, The Entertainers iwasslilkom sagħtejn u nofs ta’ spettaklu b’divertiment garantit flimkien mal-band residenti mmexxija minn Mark Spiteri Lucas u bosta artisti mistiedna. Matul il-programm titkompla t-tieni fażi ta’ The Entertainers Singing Challenge. Fuq kollox ir-rebħ ta’ rigali kbar u mill-isbaħ.

Attrazzjonijiet oħra jinkludu l-Cocktail Bar ma’ James Aquilina, Fashion Time b’pariri siewja dwar il-moda femminili u bil-parteċipazzjoni ta’ diversi mudelli.