Aħna l-Maltin u l-bidu ta’ Sena Ġdida

Il-kantanti Ludwig Galea, Ishmael Grech u Jade, l-illużjonista ta’ fama internazzjonali Vanni Pulè, flimkien ma’ żeffiena minn Pippa Gee Dance Studio se jkunu fost il-mistiedna ewlenin fil-programm tal-lejla ta’ The Entertainers, il-varjetà televiżiva tas-Sibt filgħaxija, li tixxandar fuq Net Television nhar is-Sibt fit-8.30pm.

Minbarra l-mużika live u d-divertiment garantit, l-ingredjenti ewlenin wara s-suċċess tal-programm, ikun hemm ukoll id-diskussjoni ‘Aħna l-Maltin’. Din il-ġimgħa niddiskutu s-sena li waslet biex tintemm u l-bidu ta’ sena ġdida mal-mistednin tagħna.

Bi preżentazzjoni tal-kantant u xowman popolari Janvil, The Entertainers iwasslilkom sagħtejn u nofs ta’ spettaklu b’divertiment garantit flimkien mal-band residenti mmexxija minn Mark Spiteri Lucas u bosta artisti mistiedna. Fuq kollox ir-rebħ ta’ rigali kbar u mill-isbaħ. Tiġi wkoll fi tmiemha l-ewwel fażi ta’ The Entertainers Singing Challenge.

Attrazzjonijiet oħra jinkludu l-Cocktail Bar ma’ James Aquilina, Fashion Time b’pariri siewja dwar il-moda femminili u bil-parteċipazzjoni ta’ diversi mudelli.