Aħna l-Maltin kif inħarsu lejn il-mużika Maltija?

Il-kantanti popolari Amber, Claudia Faniello u Miriam Christine flimkien ma’ żeffiena minn Kinetic Dance Studio, se jkunu fost il-mistiedna ewlenin fil-programm tal-lejla tal-varjetà tas-Sibt filgħaxija li jixxandar fuq l-istazzjon Net mit-8.30pm ‘il quddiem.

Minbarra l-mużika live u d-divertiment garantit, l-ingredjenti ewlenin wara s-suċċess tal-programm, ikun hemm ukoll id-diskussjoni “Aħna l-Maltin”.

Din il-ġimgħa The Entertainers jiddiskuti flimkien mal-kantanti mistiedna kif aħna l-Maltin inħarsu lejn il-mużika Maltija.

Bi preżentazzjoni tal-kantant u xowman popolari Janvil, The Entertainers iwasslilkom sagħtejn u nofs ta’ spettaklu b’divertiment garantit flimkien mal-band residenti mmexxija minn Mark Spiteri Lucas u bosta artisti mistiedna. Fuq kollox ir-rebħ ta’ rigali kbar u mill-isbaħ. Din il-ġimgħa tissokta wkoll l-ewwel fażi ta’ The Entertainers Singing Challenge.

Attrazzjonijiet oħra jinkludu l-Cocktail Bar ma’ James Aquilina, Fashion Time b’pariri siewja dwar il-moda femminili u bil-parteċipazzjoni ta’ diversi mudelli.