Aħna l-Maltin kemm inħobbu l-isport?

Ritratt: Facebook/RwownMuscat

Il-futboler Rowen Muscat, il-ġurnalist sportiv Christian Muscat u Anna Calleja minn Special Olympics Malta, il-kantanti Neville Refalo, Lyndsay Pace, Krista Spiteri Lucas, Michela Galea u Rita Pace, l-illużjonista Vanni Pulè flimkien ma’ żeffiena minn Paul Curmi Dance Company se jkunu fost il-mistiedna ewlenin fil-programm tal-lejla ta’ The Entertainers, il-varjetà televiżiva tas-Sibt filgħaxija, li tixxandar fuq Net Television nhar ta’ Sibt fit-8.30pm.

Minbarra l-mużika live u d-divertiment garantit, l-ingredjenti ewlenin wara s-suċċess tal-programm, ikun hemm ukoll id-diskussjoni ‘Aħna l-Maltin’. Din il-ġimgħa The Entertainers jiddiskuti flimkien mal-panel kif aħna l-Maltin inħarsu lejn l-isport.

Bi preżentazzjoni tal-kantant u xowman popolari Janvil, The Entertainers iwasslilkom sagħtejn u nofs ta’ spettaklu b’divertiment garantit flimkien mal-band residenti mmexxija minn Mark Spiteri Lucas u bosta artisti mistiedna. Fuq kollox ir-rebħ ta’ rigali kbar u mill-isbaħ.

Attrazzjonijiet oħra jinkludu l-Cocktail Bar ma’ James Aquilina, Fashion Time b’pariri siewja dwar il-moda femminili u bil-parteċipazzjoni ta’ diversi mudelli.