Aħna l-Maltin inħobbuha żaqqna?

Karmen Tedesco, Anton B. Dougall, Rachel Micallef, il-kantanti Malcolm Pisani u Ruth Portelli, l-illużjonista ta’ fama internazzjonali Brian Rolè flimkien ma’ żeffiena minn Keith Dance Studio se jkunu fost il-mistiedna ewlenin fil-programm tal-lejla ta’ The Entertainers, il-varjetà televiżiva tas-Sibt filgħaxija, li tixxandar fuq Net Television minn nhar is-Sibt fit-8.30pm.

Minbarra l-mużika live u d-divertiment, l-ingredjenti ewlenin wara s-suċċess tal-programm, attrazzjoni ġdida minn dan l-istaġun hija d-diskussjoni Aħna l-Maltin. Din il-ġimgħa The Entertainers se jiddiskuti flimkien ma’ panel ta’ personalitajiet popolari jekk aħna l-Maltin u l-ikel. Nhar is-Sibt li ġej titkompla l-ewwel fażi ta’ The Entertainers Singing Challenge u minn din il-ġimgħa jidħlu wkoll fix-xena l-kantanti l-kbar minn Kategorija B.

Bi preżentazzjoni tal-kantant u xowman popolari Janvil, The Entertainers iwasslilkom sagħtejn u nofs ta’ spettaklu b’divertiment garantit flimkien mal-band residenti mmexxija minn Mark Spiteri Lucas u bosta artisti mistiedna. Fuq kollox ir-rebħ ta’ rigali kbar u mill-isbaħ.

Attrazzjonijiet oħra jinkludu l-Cocktail Bar ma’ James Aquilina, Fashion Time b’pariri siewja dwar il-moda femminili u bil-parteċipazzjoni ta’ diversi mudelli.