“Aħna kburin bik” – Audrey lil Steve

Awguri lill-produttur u direttur Steven Dalli li llum qed jiċċelebra għeluq it-33 sena tiegħu. Twieled bħal-lum l-14 ta’ Settembru tal-1987.

Steve huwa wieħed mill-produtturi u diretturi tas-sensiela L-Għarusa u fl-imgħoddi ħadem fuq sensiliet bħal Strada Stretta, Rajt ma Rajtx, Benjamin u Xablott. Huwa wkoll wieħed mid-diretturi tal-kumpanija Sharp Shoot Media.

Għal għeluq sninu Steve kellu messaġġ mingħand il-mara tiegħu Audrey Brincat Dalli, l-awtriċi tas-sensiela L-Għarusa, li l-aħħar żewġ episodji tagħha se jixxandru fuq TVM għada t-Tlieta 15 ta’ Settembru, u t-Tlieta ta’ wara, it-22 ta’ Settembru.

“Ilni nafek mill-bidu tal-Għoxrinijiet tiegħek u issa għandek 33 sena! Għaddejna minn ħafna u mxejna ħafna minn dakinhar. Aħna kburin bik u grati li għandna lilek f’ħajjitna bħala r-raġel tiegħi u bħala missier,” kitbet hi waqt li faħħret id-determinazzjoni, id-dedikazzjoni u l-impenn ta’ Steve lejn il-familja”.

Il-koppja Dalli għandhom tifel, Leo.

I've known you since your early twenties and just like that you are now 33!! We've been through a lot and have come a…

Posted by Audrey Brincat Dalli on Sunday, September 13, 2020

Nawguraw lil Steve l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.