Ahlberg, Arguello u Nygaard il-Plejers tax-Xahar fil-Basketball

Il-plejer barrani ta’ Bupa Luxol William Ahlberg huwa l-BOV Basketball Plejer tax-Xahar għal Diċembru 2017. Patricia Arguello (Starlites GIG) rebħet l-Unur tan-Nisa filwaqt li Jack Nygaard ta’ Depiro rebaħ l-unur tal-Kampjonat tad-Dilettanti tal-Irġiel. 
Ahlberg, li huwa ta’ ċittadinanza Żvediża, jinsab fil-quċċata tal-lista tal-assisti f’dan l-istaġun b’4.6 assisti f’kull partita. Matul Diċembru Ahlberg skorja 85 punt (28.33 punti f’kull partita) b’medja ta’ 57 % mill-kamp (20 minn 35) u 84 % mil-linja tal-free-throw meta skorja 21 minn 25 attentat. Huwa sofra wkoll 21 foul f’4 partiti.
Patricia Arguello skorjat 60 punt fi 3 partiti (20 punt f’kull partita) bil-perċentwal eċċellenti ta’ 90 % mil-linja tal-free-throw (19 minn 21) u 47 % f’xuttijiet ta’ żewġ punti (16 minn 34). L-Ispanjola tinsab fuq quddiem tal-lista tal-assisti u tar-rebounds f’dan l-istaġun b’medja ta’ 5 assisti u 20.33 rebound f’kull partita kkomplementati minn 2.67 steal f’kull partita.
Jack Nygaard ta’ Depiro skorja 86 punt fi 3 partiti (28.67 punt f’kull partita) bi 58 % mill-kamp (21 minn 36) u 83 % mil-linja tal-free-throw (20 minn 24). Nygaard jinsab fuq quddiem fl-għadd ta’ steals fil-Kampjonat BOV tad-Dilettanti tal-Irġiel b’4.5 f’kull partita meta żied 2.75 steals u sofra medja ta’ 6.67 fouls f’kull partita.
Stefan Abela, Community Officer fil-Bank of Valletta ppreżenta plakka kommemorattiva lir-rebbieħa. Il-Bank of Valletta huwa sostenitur ewlieni tal-inizjattivi sportivi f’Malta u ilu għal żmien twil jappoġġja lill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Baskitbol.