​Aħjar tagħlaq it-tieqa!

Jaqbillek tagħlaq it-tieqa għax illejla mistenni jberraq, iriegħed u jvenven, b’xi ħalbiet iżolati ta’ xita ħafifa.
Dan it-temp huwa mistenni bejn nofsillejl u nofsinhar.
Skont l-Uffiċċju Meteoroloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, ir-riħ illejla mistenni jkun ħafif għal moderat mill-Majjistral it-Tramuntana li jsir moderat mill-Grieg it-Tramuntana.
Madanakollu, għada xorta se tkun sħana, bl-ogħla temperatura tkun ta’ 22 grad Celsius, l-inqas 16-il grad u l-Indiċi UV 9.