‘Aħfirli ma” – Żagħżugħ imut eroj wara li salva ‘l ommu mill-għarqa fir-Renju Unit

Żagħżugħ ta’ 24 sena miet eroj wara li salva lill-ommu minn mewġ qawwi meta marru jimxu mal-baħar.

L-inċident traġiku seħħ f’Dorset fir-Renju Unit, meta l-omm u binha marru jimxu mal-baħar. Samantha Ord stqarret mal-midja internazzjonali kif waqt li kienet miexja ma’ binha Ross, ġiet mewġa b’saħħitha u waqgħet l-baħar.

Binha kien pront niżel warajha u żammha b’saħħa kbira. Hija stqarret kif qalb dak il-mewġ kollu binha kellu diffikultà kbira u prova jżommha milli tinġarr mal-mewġ billi żamm irkopptu fuq sidiriha filwaqt li beda jsejjaħ għall-għajjut.

Samantha qalet li l-aħħar ħaġa li tiftakar kienet lil binha jgħidilha “Aħfirli ma”, meta ħabta u sabta binha għeb. Ftit tal-ħin wara Samantha kienet salvata minn membri tal-protezzjoni ċivili li ssejħu fuq il-post, filwaqt li immedjatament bdiet tfittxija għall-binha.

L-inċident seħħ fil-bajja ta’ Dorset, fir-Renju Unit.

It-tfittxija għal binha damet sejra matul il-lejl kollu, pero sfortunatament il-katavru tiegħu nstab l-għada filgħodu fuq il-bajja.