“Aħdem għall-ġid tas-soċjetà” – Il-Papa lill-President Taljan

Il-Papa Franġisku bagħat l-awguri tiegħu lill-President il-ġdid Taljan Sergio Mattarella.
Qal li jispera li Mattarella jagħti servizz li jippromovi unità u paċi fil-pajjiż.
Il-Mexxej tal-Knisja Kattolika talab biex il-President ikun imnebbaħ biex jaħdem għall-ġid tas-soċjetà, u li jkompli jħaddan valuri umani u spiritwali.
Il-Papa Franġisku ta l-barka tiegħu lil Mattarella u lill-pajjiż kollu.
Sergio Mattarella ġie elett bħala l-president il-ġdid tal-Italja aktar kmieni llum