Aħbarijiet xejn sbieħ għal Arsenal u City

L-attakkant ta’ Arsenal Alexandre Lacazette mhux se jkun jista’ jilgħab sa Ottubru minħabba li għadu qed isofri minn uġiegħ fl-għaksa. L-attakkant Franċiż ħareġ disa’ minuti biss wara li kien qed jilgħab kontra Liverpool nhar l-24 ta’ Awwissu. Arsenal spiċċaw tilfu l-logħba barra minn darhom bl-iskor ta’ 3-1.

Il-logħba ta’ wara kontra Tottenham irnexxielu jibda’ u lagħab madwar 63 minuta. Hu u ħiereġ deher li kien qed izappap.

Għal Manchester City, id-difensur Aymeric Laporte se jkollu jagħmel sa massimu Frar barra wara li weġġa’ rkopptu u kellu jagħmel operazzjoni. Dan ħabbru l-coach ta’ City Pep Guardiola.