Aħbarijiet u sorpriżi relatati mar-rivista Sagħtar

Read in English.

L-MUT ilha numru ta’ xhur taħdem sabiex terġa’ tippubblika r-rivista tant popolari “Sagħtar” permezz ta’ fondazzjoni li ġiet irreġistrata fl-aħħar xhur. Parti minn din il-ħidma tikkonsisti fil-ħruġ tal-edizzjonijiet passati tar-rivista f’format diġitali.

Fiċ-ċirkustanzi li fihom ħafna tfal u żgħażagħ jinsabu d-dar mal-familja, l-MUT ħasbu li jgħaġġlu ftit il-pjanijiet u għaldaqstant se jkunu qed joffru l-ewwel sett ta’ rivisti tas-snin li għaddew biex dawn l-edizzjonijiet jerġgħu jinqraw, din id-darba b’mod diġitali. Aktar informazzjoni dwar dan se jitwassal fil-jiem li ġejjin.

Sadattant, din t’hawn hija l-paġna ta’ Facebook li se jibda jkun fiha l-informazzjoni, l-aħbarijiet u l-komunikazzjoni kollha relatata mal-attivitajiet li se nkunu qed norganizzaw.

Għalhekk agħmlu Like u ibdew segwu l-aġġornamenti! Agħmlu wkoll ‘Share’ ħalli tħeġġu lil sħabkom isegwu wkoll!