Aħbar tajba dwar Jake

Jake Vella, it-tifel ta’ tmien snin li jbati minn kundizzjoni rari ħareġ mit-Taqsima tal-Kura Intensiva  fl-Isptar Mater Dei wara kważi xahar ta’ kura. Huwa bħalissa jinsab ġos-sala tat-tfal.

Il-kundizzjoni ta’ Jake twassal biex iżid fil-piż b’mod mgħaġġel ħafna minkejja li jiekol tajjeb u jagħmel l-eżerċizzju.

Huwa kien iddaħħal l-ITU wara li ntilef minn sensih u spiċċa mal-art.

Raġġ ta’ tama għal Jake; jagħmel sinjal b’għajnejh