Aguero jsalva t-tliet punti għal City

Sergio Aguero skurja s-sitt gowl tiegħu fl-aħħar tliet logħbiet. Manchester City rnexxielhom jibħu bi żbrixx kontra Sheffield United ġewwa Bramall Lane.

Sheffield dehru li kienu fi triqtom biex jiksbu punt mil-logħba kontra r-rebbieħa tal-Premier League tas-sena l-oħra. Fl-ewwel taqsima Dean Henderson irnexxielu jaqbad il-ballun minn penalty ta’ Gabriel Jesus. Henderson irnexxielu jagħmel ukoll numru ta’ saves oħra tajbin.

Iżda Aguero daħal fit-tieni taqsima tal-logħba u kellu jkun hu li jiskurja l-gowl deċiżiv. Aguero rċieva l-ballun mingħand Kevin de Bruyne u ma falliex minn quddiem il-lasta. Il-gowl wasal ftit mumenti wara li Sheffield United resqu viċin li jiksbu l-gowl tar-rebħa.

Ir-rebħa għal Manchester City tfisser li komplew saħħew posthom fit-tieni post tal-klassifika. Huma għandhom 51 punt – 13-il punt inqas mil-leaders Liverpool, iżda sitt punti aktar minn Leicester li se jkunu qed jilagħbu aktar tard illum.

Sheffield United baqgħu fis-seba’ post bi 33 punt.

Riżultati oħra:

AFC Bournemouth 3-1 Brighton & Hove Albion

Aston Villa 2-1 Watford

Crystal Palace 0-2 Southampton

Everton 2-2 Newcastle United

Chelsea 2-2 Arsenal