Aguero jiskurja tripletta kontra Huddersfield

Ir-rebbieħa renjanti tal-Premier League Ingliż skurjaw sitta kontra Huddersfield fl-Etihad Stadium u issa jinsabu fil-quċċata tal-klassifika b’żewġ rebħiet konsekuttivi. Sergio Aguero poġġa lil Manchester City fil-vantaġġ wara 25 minuta qabel Gabriel Jesus żied it-tieni gowl 6 minuti wara. L-attakkant prolifiku Arġentin għamilhom 3-0 għat-tim ta’ Pep Guardiola iżda Huddersfield irnexxilhom jiskurjaw gowl fit-43 minuta grazzi għal Jon Stankovic.

Manchester City kabbru l-vantaġġ meta David Silva skurja minn freekick sabiex kompla jżid l-inkwiet għal Huddersfield. Aguero skurja t-tielet gowl tiegħu meta kien jonqos biss 15-il minuta logħob iżda Manchester City baqgħu jfittxu li jkabbru l-iskor u kisbu s-sitt gowl meta x-xutt ta’ Sane spiċċa fix-xibka ta’ Huddersfield wara devjazzjoni ta’ Terence Kongolo.