Aguero jiskurja t-12-il hat-trick tiegħu

Sergio Aguero skurja t-12-il hat-trick biex sar l-aktar plejer barrani li skurja gowls fl-Istorja tal-Premier League. Manchester City skurjaw sitt gowls kontra Aston Villa.

L-Arġentinjan qabeż lil Thierry Henry fl-ammont ta’ gowls li qatt skurja fil-Premier League u laħaq lill-Ingliż Frank Lampard b’total ta’ 177 gowl. Qablu hemm biss tliet min-nies – Alan Shearer, Wayne Rooney u Andy Cole. Iżda n-numru ta’ hat-tricks li Aguero għamel fil-Premier League hu numru rekord.

Il-hat-trick ta’ Aguero kienet parti mill-prestazzjoni bla ħniena ta’ City kontra Villa. Għal Villa din kienet waħda mill-akbar telfiet tagħhom, l-aħħar waħda qabel din kienet it-telfa ta’ 6-0 kontra Liverpool fi Frar tal-2016. Dakinhar minħabba f’hekk kienu spiċċaw fiż-żona ta’ relegazzjoni.

Ir-riżultat ħalla lil City fit-tieni post, b’14-il punt taħt Liverpool u b’logħba aktar.

Riżultati oħra:

Is-Sibt 11 ta’ Jannar

Crystal Palace 1-1 Arsenal

Chelsea 3-0 Burnley

Everton 1-0 Brighton & Hove Albion

Leicester City 1-2 Southampton

Manchester United 4-0 Norwich City

Wolverhampton Wanderers 1-1 Newcastle United

Tottenham Hotspur 0-1 Liverpool

Il-Ħadd 12 ta’ Jannar

AFC Bournemouth 0-3 Watford