Agħtuna toroq li nistgħu ngħixu fihom – PD

Id-deputat mexxej tal-Partit Demokratiku Timothy Alden qal li l-għerq tal-konġestjoni fit-toroq u fl-ibliet u l-irħula f’Malta hija ż-żieda fil-popolazzjoni.

F’attività politika organizzata mill-Partit Demokratiku, Alden qal li s-soluzzjoni hi li l-Gvern jintervjeni biex jipprovdi spazju miftuħa u rikreattivi f’diversi lokalitajiet. Dan, qal Alden, jista’ jsir billi l-Gvern jixtri dawk il-ġonna, art u għelieqi li għad fadal fl-ibliet u l-irħula u jimplimenta fihom proġetti edukattivi u komunitarji, inklużi ġnejniet żgħar għal min ikollu n-namra tal-pjanti.

Kelliema oħra għall-istess partit qalu li t-twessiegħ tat-toroq qed ittaffi l-problema imma fl-aħħar mill-aħħar qed jgħarraqha minħabba li dan it-twessiegħ jinċentiva lil sewwieqa biex joħorġu aktar karrozzi fit-toroq.