“Agħtini ċ-ċans biex nibbrilla” – Francesca

Ritratt: Facebook

Read in English.

Francesca Rausi nhar is-Sibt li għadda rebħet is-Super Junior Model Award waqt konkors organizzat minn Ivan Gaffiero.

“Agħtini ċ-ċans biex nibbrilla” huwa l-kumment ta’ din it-tifla ta’ tliet snin fuq is-sit soċjali Facebook dedikat lilha li għandha d-Down’s Syndrome.

Il-paġna tagħha ġġib l-isem ta’ “Francesca’s Journey on Route T21” u bosta  diġà qed jissieħbu fiha biex jagħtu appoġġ lil din it-tifla simpatika.

Din ma kinetx l-ewwel darba li Francesca ħadet sehem  fil-kompetizzjonijiet tal-modelling u f’Lulju kienet diġà rebħet xi unuri, u ħadmet ukoll f’reklam.

It-tifla ngħatat l-ewwel opportunitajiet minn Ivan Gaffiero u Sue Rossi.

Francesca kienet waħda minn tliet parteċipanti f’dan il-konkors li għandhom id-Down’s Syndrome.

L-organizzatur Ivan Gaffiero kkummenta li hu ma jaqbilx ma’ dawk li jgħidulu li għandu jagħmel konkors separati għal min għandu d-down syndrome, għax dawn huma tfal u nies bħal ħaddieħor.

AQRA: Filmat: Francesca tirbaħ 3 premjijiet fil-kompetizzjoni tal-modelling

AQRA: Filmat: “Minn dejjem kienet tħobb il-kamera” – omm Francesca