Agħti d-demm għall-pazjenti b’kanċer tas-sider

Il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex fix-xahar ta’ Ottubru, sinonimu mal-ħarsien tas-sider, jagħti d-demm biex jiġu mgħejjuna għadd ta’ pazjenti, li bħalissa qed jieħdu t-trasfużjonijiet tad-demm fil-kura tagħhom għall-kanċer tas-sider.
Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed iħeġġeġ ukoll biex matul dan ix-xahar il-pubbliku jilbes iż-żigarella r-roża biex jikber l-għarfien.
Minbarra fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ kuljum mit-8am sas-6pm, il-pubbliku jista’ jagħti d-demm:

  • Nhar il-Ħadd li ġej bejn it-8.30am u s-1pm fil-Mobile Blood Donation Unit maġenb iċ-Ċentru Pastorali San Luqa, ir-Rabat
  • Nhar it-Tlieta li ġej bejn is-1pm u l-5pm fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, u
  • Kull nhar ta’ Tnejn bejn is-2pm u s-7pm fid-daħla għas-Swali l-Kannella fl-Isptar Mater Dei.