Agħti d-demm għax ir-riserva baxxa!

Minkejja li ġejja l-festa ta’ Santa Marija, il-ħidma tas-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm appella li xogħolhom ma jiqafx. Għalhekk, int li x’aktarx għandek iktar ħin fuq idejk, tista’ anka tagħti d-demm fil-jum tal-festa, peress li se jkun hemm numru ta’ ċentri miftuħin.

Filwaqt li awguraw il-festa u l-vaganza t-tajba, huma aġġornaw iċ-ċentri li se jiftħu u l-ħinijiet tagħhom għall-għoti tad-demm:

  • Kuljum, inkluż fil-festa ta’ Santa Marija, fiċ-ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa bejn it-8am u s-6pm.
  • Nhar l-Erbgħa, il-Bini Amministrattiv tal-Kunsill Lokali tal-Imġarr se jiftaħ mit-8:30am sas-1:00pm.
  • Nhar il-Ħadd 19 t’Awwissu, fil-Berġa tal-Gvern tal-Mellieħa, mit-8:30am sas-1:00pm
  • U nhar il-Ħadd 19 t’Awwissu, fil-Berġa tax-Xewkija f’Għawdex, mit-8:00am sas-1:00pm.

Huwa importanti li wieħed jieħu miegħu l-karta tal-identità, il-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti.