Agħti d-demm fil-Milied u l-Ewwel tas-Sena

Grazzi u Awguri għall-Festi t-Tajba mill-pazjenti u mis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm flimkien mal-pazjenti jixtiequ jirringrazzjaw lil kulmin b’xi mod jew b’ieħor ta sehmu biex tul din is-sena, ikkaratterizzata minn sfidi kbar li ġabitilna l-pandemija, ġie ipprovdut demm fil-ħin lill-isptarjiet ta’ Malta u Għawdex.   

Intant waqt li s-Servizz jieħu din l-opportunità biex jawgura l-Festi t-Tajba lil kulħadd, javża li jekk ir-riserva tad-demm tkun tippermetti,  nhar il-Milied u nhar l-Ewwel tas-Sena, iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa jagħlaq fis-1:00pm minflok fis-6:00pm.

Altrimenti l-għoti tad-demm bħala r-rigal eċċellenti tal-Milied fis-sena tal-pandemija għandu jsir:     

  • fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ kuljum (7 ijiem fil-ġimgħa) mit-8:00am sas-6:00pm. 
  • fil-mobile blood donation unit li nhar il-Ħadd 27 ta’ Diċembru mit-8:30am sas-1:00pm ser ikun f’Misraħ il-Mafkar (il-parti ta’ wara tal-munument ta’ Ġużè Ellul Mercer) Ħad-Dingli.
Noti importanti!
  • Meħtieġ li wieħed iġib il-Karta tal-Identità, jew il-Liċenzja tas-Sewqan jew Passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.
  • Kulmin ser jersaq biex jagħmel it-test, jew qed jistenna r-riżultat tal-coronavirus ma jkunx jista’ jagħti demm sakemm ikollu riżultat li hu negattiv għall-virus.

Dan it-tagħrif twassal mis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm.