Agħmlu xi ħaġa malajr qabel joqtluna lkoll: appell ta’ soru

Suor Xyskia f'appell imqnqal favur il-poplu tan-Nicaragua

“Jien soru Kattolika. Ħadd ma talabni niktbilkom. Iżda ma niflaħx noqgħod nara dittatur jimmassakra l-poplu tiegħu u nibqa’ siekta”.  Hekk bdiet l-ittra tagħha Suor Xiskya Valladares, soru min-Nicaragua li tgħix fi Spanja, li ppublikat fuq il-blog tagħha fuq il-media soċjali.

L-ittra elettronika ntbagħatet lil diversi kapijiet ta’ stat u gvernijiet. “Aħna popolazzjoni żgħira a’ sitt miljun persuna. Ma għandniex żejt u m’aħniex importanti għalikom.  Imma qed nitkellmu fuq drittijiet umani li huma ta’ valur kbir f’pajjiż strateġiku fl-Amerika Ċentrali. Dan il-poplu kuraġġjuż jistħoqqlu l-għajnuna tagħkom.”

L-ittra mbagħad issemmi ftit mill-krudeltajiet imwettqa mir-reġim ta’ Daniel Ortega.

Dawk li jippubblika aħbarijiet jew kummenti kontra l-Gvern ikunu f’riskju li jinħatfu u jisparixxu.

L-ittra tkompli: “Ħarqu ħajjin familji bit-tfal, sparaw fuq ċittadini li pprotestaw paċifikament fit-toroq, sparaw fuq tfal, wettqu sagrileġġi fil-knejjes, ferew Isqof, arrestaw ħafna nies bla proċessi ġudizzjarji u ttorturawhom. Ix-xjuħ, in-nisa, it-tfal, l-irġiel: ħadd ma jeħlisha fin-Nicaragua.  Delitti kontra d-drittijiet umani fuq skala kbira. Intom meta se tirreaġixxu?”

Is-soru hawnhekk titlob lill-mexxejja biex “għal darba, insew l-interessi politiċi u ekonomiċi” u uru l-umanità tagħkom. “Din mhux kwestjoni ta’ ideoloġija, reliġjon jew politika. Din hi kwestjoni umana. Intom kontu eletti biex tagħmlu dinja aktar umana. Il-poplu tan-Nicaragua għandu bżonnkom. Jekk jogħġobkom għamlu xi ħaġa. Waqqfu dan  il-massakru.”

L-idea ta’ din l-ittra ġiet “għax hemm bżonn pressjoni internazzjonali fuq il-President Daniel Ortega”, qalet is-Soru. “Hu ċar li dan mhux se jitlaq minn jheddu. Għalhekk talbt lill-President minn pajjiżi oħra biex jgħinu.  Ippublikajt l-ittra fuq il-blog tiegħi u hemiżta man-networks soċjali u għaddejtha lill-mexxejja li naf u lill-media”.

Suor Xiskya għandha aktar minn 46,000 persuna jsegwuha fuq Twitter u qabżet il-limitu ta’ 5,000 li jsegwuha fuq Facebook, għandha preżenza fuq Instagram u 1,200,000 fuq You Tube u Linkedin.