“Agħmel stqarrija dwar ir-rapporti fuq Neville Gafà” – Farrugia lill-PM

Il-Kap tal-Partit Demokratiku Godfrey Farrugia talab lill-Prim Ministru Joseph Muscat biex jagħmel stqarrija dwar rapporti fil-mezzi tax-xandir li l-uffiċjal tal-Gvern Neville Gafa` ltaqa’ mal-Kap tal-militanti Libjani Haithem Tajouri.

Filwaqt li ma ngħata l-ebda tweġiba mill-Gvern, il-Whip tal-Partit Laburista Byron Camilleri waqqaf lil Farrugia għax fi kliemu kiser il-proċeduri parlamentari. Id-Deputat Speaker Claudette Buttiġieġ qalet li tilqa’ t-talba ta’ Farrugia madanakollu ma tistax tobbliga lill-Gvern jagħmel stqarrija.