“Agħmel bħali” – Jessica

Jessica Farrugia, tfajla b’diżabilità intelletwali, dejjem emmnet li l-kelma diżabilità tista’ tinbidel f’abbiltà. F’dan iż-żmien tal-coronavirus, Jessica ħarbxet poeżija dwar l-isfidi li qed iġib miegħu dan il-perjodu:

Marda kiefra u qattiela

Kemm se ddum teqred ħajjiet

Itlaq issa minn ħajjitna

Qabel jiżdiedu aktar imwiet

Jekk tħossok batuta

Agħmel bħali ibqa d-dar

Isma minni u agħmel bħali

Għax għal saħħtek hekk l-aħjar

Jekk toqgħod ftit attenta

Faċli ħafna biex nevitawh

Żomm iġjene personali

Billi tinħasel regolari

L-Italja, Spanja u r-Renju Unit

Mietu ħafna nies mhux ftit

Pajjiżna wkoll ġie milqut

B’dan il-virus tant misħut

Għalhekk ninsabu f’din iċċirkostanza

Nitlobkom sabiex iżżommu d-distanza

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn