“Agħlqu l-bars u waqqfu l-parties jew it-tobba jkomplu b’azzjoni industrijali” – MAM

Miguela Xuereb

Read in English.

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) se terġa’ timplimenta direttivi jekk il-Gvern ma jieħux azzjoni immedjata. Fi stqarrija l-Unjin tat-tobba qalet li minn għada t-Tlieta se terġa’ tinforza direttivi stretti minn jekk il-Gvern ma jinfurzax il-miżuri li qed tistenna.

Il-MAM qed issostni li bħalissa mhux post id-diskoteki, ħwienet tax-xorb, parties (fuq il-baħar u fuq l-art), jew kwalunkwe tip ta’ folol ikbar minn 10 persuni. Il-Unjin qalet li fl-eqqel ta’ pandemija dawn l-avvenimenti u postijiet għandhom jingħalqu u ma jitħallewx isiru b’mod immedjat.

Żiedet tgħid li l-ilbies ta’ maskri u d-distanza soċjali huma miżuri li għandhom isiru obbligatorji u infurzati bil-liġi mill-Pulizija jekk irridu li l-każijiet jonqsu.

Il-MAM sostniet li l-Maltin li jiġu lura minn barra għandhom jintalbu jagħmlu swab testu jew joqgħodu fi kwarantina kif jaslu lura Malta, filwaqt li turisti minn kwlaunkwe pajjiż għandhom ikunu obbligati jagħmlu swab test 72 siegħ qabel jiġu Malta.

Il-MAM qalet li tinsab inkwetata bil-kummenti li qed isiru u li mhux qed ikunu bbażati fuq ix-xjenza u riċerka u li qed ikunu repetuti mill-industrija tat-turiżmu.

Il-Unjin tat-tobba sostniet li mhux minnu li Malta għandha l-inqas ammont ta’ każijiet, anzi Malta kellha l-għola żieda ta’ każijiet ġodda f’dawn l-aħħar ġimgħatejn fl-Ewropa abbażi tal-popolazzjoni tagħha, anke meta wieħed jeskludi l-immigranti li waslu bid-dgħajjes. Il-Unjin tat-tobba qalet li għalkemm ma kienx hawn iktar imwiet f’Malta s’issa, dan mhux fattur li wieħed jafda hekk kif ġeneralment l-imwiet jibdew iseħħu bejn tlett sa sitt ġimgħat minn wara li persuna tkun instabet pożittiva għall-coronavirus.

Illum il-Gvern mistenni jħabbar miżuri restrittivi ġodda biex titwaqqaf l-imxija tal-Covid-19 f’Malta.