Uffiċjal tal-Pulizija li ma kienx fuq xogħol u membri mill-familja tiegħu inkluż tifel ta’ erba’ snin ġew aggrediti u ndarbu fl-inċident.
L-Ispettur Sandro Camilleri qal li l-pulizija ġie “attakkat” minn grupp ta’ Maltin. Skont l-Ispettur tifel ta’ erba’ snin weġġa’ wkoll f’dan l-inċident.
Solidarjeta mal-membru taghna PC1472 Brian Grech li gie attakkat ghalkemm ma kiex 'active duty' u kien mal-familja…
Posted by Sandro Camilleri on Wednesday, August 22, 2018
Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ il-Ħadd li għadda fix-Xatt tal-Kalkara. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.15 pm. L-uffiċjal tal-Pulizija kellu ġrieħi ħfief.