Aggrediti ħaddiema tal-Enemalta

Il-Korporazzjoni Enemalta tikkundanna attakk li seħħ nhar il-Ħadd li għadda meta ħaddiema tal-Korporazzjoni ġew aggrediti waqt li kienu qed jagħmlu spezzjoni.

Apparti l-ħaddiema tal-Enemalta, ġie aggredit ukoll uffiċjal tal-Pulizija.

Jidher li dan l-inċident ġara wara li l-ħaddiema tal-Enemalta marru biex jaqraw il-meter tad-dawl ta’ stabbiliment imma sabu reżistenza u ma tħallewx jaqdu dmirhom.

L-Enemalta qalet li skont il-Liġi ta’ Malta, il-konsumaturi kollha għandhom iħallu lill-ħaddiema tal-Enemalta jaqraw il-meter.

F’każ li l-Enemalta tinduna li seta’ kien hemm tbagħbis fil-meter tad-dawl, il-Korporazzjoni għandha kull dritt taqa’ il-provvista tal-elettriku u titlob il-flus misruqa.