Read in English.
Sorsi li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt qalu li l-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Monte Karmeli, Stephen Sultana dalgħodu ġie aggredit.
Sorsi qrib il-Ministeru tas-Saħħa tkellmu ma’ Newsbook.com.mt u spjegaw li l-Kap Eżekuttiv ġie aggredit dalgħodu minn persuna li taħdem fl-istess sptar.
Meta kkuntattjat minn Newsbook.com.mt, Sultana qal li l-mistoqsijiet dwar dan il-każ għandhom jintbagħtu lill-kelliema għall-Gvern fil-Ministeru tas-Saħħa.
Kelliema għall-Pulizija qal ma’ Newsbook li ma sar l-ebda rapport dwar dan il-każ.
Newsbook.com.mt bagħat mistoqsijiet dwar dan il-każ lill-Ministeru tas-Saħħa
Stephen Sultana nħatar Kap Eżekuttiv tal-Isptar Monte Karmeli fl-2018. Huwa wkoll is-Sindku ta’ Santa Venera.