Aggredit b’arma fl-Imsida; ġrieħi gravi

Raġel li nstab mal-art fl-Imsida lbieraħ jidher li sofra minn daqqa ta’ arma bil-ponta.

Fi stqarrija, il-Pulizija spjegat li għall-ħabta tal-10pm irċeviet rapport dwar raġel midrub fi Triq ix-Xatt ta’ Xbiex. Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post u sabu lir-raġel hemm. Intalbet l-assistenza ta’ tim mediku li ħa r-raġel l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Skont stħarriġ tal-Pulizija, żewġ irġiel li l-identità tagħhom għadha mhix magħrufa darbu lill-vittma, Eritrean ta’ 29 sena residenti l-Imsida. Jidher li wara li darbuh b’arma bil-ponta huma ħarby minn fuq il-post.

Il-Pulizija qed tfittex lill-aggressuri filwaqt li għadhom għaddejjin l-investigazzjonijiet.