Aġġornati l-ħinijiet ta’ ftuħ taċ-ċentri ta’ investiment ta’ MeDirect

Il-prijorità ta’ MeDirect matul il-pandemija li għaddejjin minnha bħalissa hi li tiġi mħarsa s-saħħa tal-impjegati u l-klijenti tal-bank. Għalhekk, minn nhar it-Tlieta 14 t’April 2020, iċ-ċentri ta’ investiment (investment centres) tal-bank se jibdew jiftħu mit-8:30am sas-2pm.

Il-bank iħeġġeġ lill-klijenti biex jużaw aktar is-servizzi elettroniċi tiegħu. Wieħed jista’ jikkuntattja il-Wealth Support team ta’ MeDirect fuq (+356) 2557 4400 (mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mit-8am sas-6pm, u s-Sibt, mid-9am sas-1pm) jew fl-indirizz customerservice@medirect.com.mt.

Il-bank MeDirect se jkompli jsegwi kif qed tiżviluppa s-sitwazzjoni tal-pandemija billi jaħdem fil-qrib mal-awtoritajiet. Il-bank implimenta l-miżuri ta’ kontinġenza kollha meħtieġa biex ikun jista’ jibqa’ jopera b’mod normali, f’kull ċirkostanza.

MeDirect ifakkar fil-linji gwida li ppubblika għall-klijenti tiegħu biex ikunu jistgħu ikollhom aċċess għall-kontijiet u l-investimenti tagħhom bl-eħfef mod possibbli. Tagħrif ieħor u aġġornamenti dwar il-COVID-19 jinsabu fuq is-sit https://www.medirect.com.mt/updates/news/COVID-19updates.