Aġġornata l-lista l-pajjiżi dwar l-ittestjar mandatorju tal-vjaġġaturi

Dwana

Read in English.

Il-Ministeru għas-Saħħa ppubblika lista aġġornata ta’ pajjiżi li vjaġġaturi li jkunu ġejjin minnhom iridu jippreżentaw swab test negattiv mal-wasla tagħhom fil-pajjiż. Din hija l-lista magħrufa bħala l-lista l-oranġjo (amber countries).

Kien spjegat li kull vjaġġatur li jiġi minn xi pajjiż elenkat fil-lista riveduta ta’ pajjiżi għandu jipprovdi PCR COVID-19 test negattiv magħmul mhux aktar minn 72 siegħa qabel il-wasla tiegħu f’Malta. Vjaġġaturi li jonqsu milli jipproduċu dan it-test, jistgħu jkunu sottomessi għall-ittestjar f’Malta u jistgħu jkunu soġġetti għal kwarantina.

Il-lista riveduta ta’ pajjiżi hija:

  • L-Awstrija
  • Il-Belġju (l-ajruporti kollha)
  • Il-Bulgarija
  • Franza (l-ajruporti kollha)
  • Il-Ġermanja (l-ajruporti kollha)
  • L-Irlanda (l-ajruporti kollha)
  • L-Italja (l-ajruporti kollha minbarra Sqallija u Sardenja)
  • Il-Lussemburgu
  • L-Olanda (l-ajruporti kollha)
  • Il-Polonja (l-ajruporti kollha)
  • Il-Portugall (l-ajruporti kollha)
  • Ir-Renju Unit (l-ajruporti kollha)
  • Ir-Repubblika Ċeka
  • Spanja (l-ajruporti kollha)
  • L-Iżvizerra (l-ajruporti kollha)
  • It-Tuniżija
  • L-Ungerija

Dan l-avviż dwar il-lista riveduta ta’ pajjiżi ser jidħol fis-seħħ il-Ġimgħa 27 ta’ Novembru f’nofsillejl.