Aġġornata l-lista l-oranġjo ta’ Malta

Read in English.

Il-Gvern, flimkien mal-Awtoritajiet tas-Saħħa, ħabbar li ġiet riveduta l-lista l-oranġjo, biex issa tinkludi ħames pajjiżi li passiġġieri li jkunu ġejjin minnhom iridu jagħtu prova li ttestjaw negattivi għal swab test tal-COVID-19 sa mhux aktar minn 72 siegħa qabel it-titjira tagħhom lejn Malta.

Il-pajjiżi tal-lista riveduta huma:

  • Il-Bulgarija
  • Ir-Rumanija
  • Ir-Repubblika Ċeka
  • Spanja – Barċellona, Girona, Madrid
  • It-Tuneżija

Passiġġieri li jonqsu milli jippreżentaw dan iċ-ċertifikat jistgħu jiġu sottoposti għal swab test fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u jistgħu jintalbu li jinżammu fi kwarantina.