Malta mhix fil-finali tal-Eurovision 2018

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=NOuE9l2aWzI]

11.06: Malta mhix fil-finali tal-Eurovision 2018.
Jitħabbru l-10 finalisti mit-18 li ħadu sehem illejla. Dawn huma s-Serbja, l-Moldova, l-Unġerija, l-Ukrajna, l-Iżvezja, l-Awstralja, in-Norveġja, id-Danimarka, l-Islovenja u the Netherlands
10.25:  Europe start voting now!
9.58:  Christabelle tlesti l-interpretazzjoni tagħha. Viżwalment kanzunetta b’saħħitha u l-enerġija ta’ Christabelle żejnitha. 
9.52: Il-mument ta' Taboo! Awguri Malta. Awguri Christabelle 
9.46: Riesaq il-mument ta’ Malta. Christabelle issa qed tipprepara bl-aħħar irtokki finali qabel titla’ fuq il-palk. Magħha Anthea Zammit iż-żeffiena li se tkun takkumpanjaha. 
9.18: Il-mument ta’ San Marino. Imiss issa l-kantanta Maltija Jessika akkumpanjata minn kantanta mill-Ġermanja u numru ta’ robots biex tirrappreżenta lil dan il-pajjiż.
9.09: Jiftaħ l-ispettaklu Alexander Rybak li kanta l-1500 kanzunetta li qatt tkantat fil-Festival. Rybak rebaħ fl-2009 u qed jittama li jikser ir-record ta’ Johnny Logan l-unika wieħed li rebaħ Eurovision darbtejn.
Malta se tkanta f’post numru 12. Christabelle bħalissa tinsab fil-green room mal-kantanti l-oħra.

Ritratti: Andres Putting u Filmat: EBU u Eurovision.tv