Filmat: L-ewwel kummenti tal-14 li għaddew għas-serata finali tal-Malta Eurovision 2016

00.45: Għadha kemm ġiet fi tmiemha konferenza tal-aħbarijiet li matulha c-CEO tal-PBS Anton Attard flimkien mal-kantanti finalisti kollha, tellgħu bil-polza l-ewwel u l-aħħar kanzunetta tas-serata finali tas-Sibt.
Tħabbar li Deborah C se tiftaħ is-serata finali bil-kanzunetta All around the world. Il-kantanta Kim se tagħlaq is-serata bil-kanzunetta Lighthouse se tagħlaq is-serata tal-finali.
Is-Sibt filgħodu fil-11am se tibda l-aħħar prova ġenerali qabel is-serata finali.

23.53: Tard il-Ġimgħa fil-għaxija, lejn tmiem is-serata semifinalista tal-Malta Eurovision Song Contest tħabbru l-erbatax-il kantanta u kantant li għaddew għas-serata finali.
 
Il-kanzunetti li se jieħdu sehem fis-serata finali (kif issemmew fis-serata) huma:

1. Raquel – Flashing Light
2. 
Dominic – Fire Burn
3. Kim – Lighthouse
4. Christabelle – Kingdom
5. Deborah C – All Around the World 
6. Franklin – Little Love
7.
Daniel Testa – Under the Sun
8. Corazón – Falling Glass
9.Ira Losco – Chameleon (Invincible)
10. Jessika – The Flame
11. 
Laurence Gray – You’re Beautiful
12. Brooke – Golden 
13. 
Jasmine Abela – Alive
14. 
Maxine – Young Love 

Is-sitt kantanti li m’għaddewx għas-serata finali huma:

  1. Stefan Galea – Light Up My Life
  2. Domenique Azzopardi – Empty Hearted
  3. Dario – I Love You
  4. Sarah Crystal – Right Here With You
  5. Danica – Frontline
  6.  Ira Losco – That’s Why I Love You

23.23: Jagħlaq it-televoting u l-mistiedna tas-serata The Crowns jgħaddu għall-kanzunetti tagħhom.
Aktar kmieni: Wara li tkantaw l-għoxrin kanzunetta semifinalista issa l-poplu Malti mistieden jivvota minn daru waqt li l-ħames membri tal-ġurija wkoll jibdew jiddeliberaw.