AĠĠORNATA: Illum jinħatar Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament tal-PL

L-unika wieħed li tefa n-nomina tiegħu għal Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament, Louis Grech, tefa l-vot tiegħu fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun.

Il-votazzjoni bdiet fil-ħdax u se tintemm fis-sebgħa tal-llejla. Deputat Mexxej ikun elett jekk iġib 50%+1 tal-voti mitfugħa b’mod sigriet mid-delegati.
Kien nhar il-Ħamis li għadda li Anġlu Farrugia rriżenja minn din il-kariga.

Nhar il-Ġimgħa beda l-proċess tan-nominazzjonijiet, li għalaq b’nomina waħda nhar is-Sibt f’nofsinhar.