Aġġornata: “Ħajbur ta’ xita” għall-Vitorja – It-Temp Madwarna

Ritratt: Samuel Scicluna Photography

Wara li kien imbassar li l-ewwel maltempata kienet mistennija tolqot il-gżejjer Maltin fl-aħħar ġimgħa ta’ Awwissu, il-bassara magħrufa tat-temp ‘It-Temp Madwarna’ qed javżaw li l-ewwel xita u potenzjalment maltempata jidher li se tasal fl-ewwel ġimgħa ta’ Settembru.

F’post fuq Facebook il-bassara qalu li fl-ewwel ġimgħa ta’ Settembru, viċin il-festa tal-Vitorja, mistenni jasal jersaq viċin ħafna l-ewwel ħajbur ta’ xita. Hekk kif l-antiċiklun Afrikan il-ġimgħa d-dieħla mistenni jibda jitlef ftit mis-saħħa tiegħu  dan jista’ jwassal għall-ewwel maltempata.

Dan ikompli jsaħħaħ l-aġġornament riċenti tal-istess sit li sostna li l-ewwel maltemp jinsab fil-qrib.

𝐁𝐍𝐀𝐙𝐙𝐈, 𝐊𝐀𝐋𝐌𝐀 𝐔 𝐓𝐄𝐌𝐏𝐄𝐑𝐀𝐓𝐔𝐑𝐈 𝐍𝐎𝐑𝐌𝐀𝐋𝐈Mill-karti tat-temp għall-ġimgħa d-dieħla ninnutaw li fiċ-ċentru tal-Mediterran u…

Posted by It-Temp Madwarna on Sunday, August 18, 2019

Dan l-aġġornament qed isostnih ukoll is-sit ‘Maltese Islands Weather’

Latest weather models are suggesting that the first rain may drench the Maltese Islands sometime in the last week of…

Posted by Maltese Islands Weather on Thursday, August 15, 2019

Għaldaqstant, skont ‘It-Temp Madwarna’ il-gżejjer Maltin se jgawdu ġimgħa oħra ta’ temp bnazzi u xemxi, bi sħana normali għal dan il-perjodu tas-sena. Ir-riħ se jkun kważi assenti għalkollox, bil-maġġoranza tal-jiem ikun varjabbli u ġeneralment ħafif. Xi sħab tat-tip ‘cumulus’ jista’ jifforma fuq l-art lejn nofs il-jum kokalment magħruf bħala l-‘għarixa’.