Aġġornament tal-Google jwaħħal il-petizzjoni kontra l-emendi għall-protezzjoni tal-embrijuni

Anglu Farrugia

L-Ispeaker Anġlu Farrugia qal fil-Parlament li s-sistema tal-petizzjoni fuq is-sit tal-parlament reġgħet lura għan-normal wara li aġġornament tas-sistemi tal-Google magħrufa bħala reCAPTCHA waħħal is-sistemi kollha tal-Parlament.
L-Ispeaker qal dan wara rapporti fil-midja dwar problema fis-sistema tal-petizzjonijiet tal-Parlament.
Huwa qal li sa issa kien hemm 8,601 li jiffirmaw il-petizzjoni onlajn kontra l-emendi fil-liġi għall-protezzjoni tal-embrijuni li ġiet mnedija fl-1 ta` Mejju u kienu maqsuma kif ġej:
 

DataFirem
6 April – 8 April433
9 April – 15 April3743
16 April – 22 April3460
23 April – 29 April823
30 April – 6 Mejju111
7 Mejju – 13 Mejju10
14 Mejju – 22 Mejju21

L-Ispeaker qal li din is-sistema tal-Google qed tintuża biex jiġi eliminat spam jew abbuż ieħor u biex ikun żgurat li persuna tiffirma biss darba għal kull petizzjoni. Huwa qal li l-problema bdiet nhar il-Ġimgħa li għaddiet u ġiet lura għan-normal it-Tnejn.