Aġġorna l-app tiegħek ta’ Newsbook: issa eħfef, aħjar u aktar effiċjenti

Il-verżjoni 4.1 tal-app ta' Newsbook

The Newsbook App

Read in English.

Newsbook.com.mt qed iħabbar it-tnedija ta’ aġġornament tal-app tal-mobile, verżjoni 4.1. Imfassla biex tagħti l-aħjar esperjenza lill-qarrejja, l-app issa hija diretta aktar minn qatt qabel.

L-investiment sostanzjali fl-app huwa immirat li jkompli jipprovdi mhux biss l-informazzjoni li tfittex, imma li jiftakar il-preferenzi tiegħek biex ma jkollokx toqgħod tfittex l-istejjer li jogħġbu lilek il-ħin kollu. L-app il-ġdida ta’ Newsbook se tagħmel dan għalik.

X’għamilna?

Din il-verżjoni tal-app il-ġdida ta’ Newsbook ġiet imfassla biex tifhem lil qarrej. App intelliġenti li żżomm kont tal-preferenzi tiegħek u tieħu azzjoni dwarhom.

Int tippreferi taqra Newsbook bil-Malti jew bl-Ingliż? L-app se tiftakar il-lingwa tal-aħħar artiklu li qrajt, ħalli meta terġa’ tidħol fl-app, awtomatikament issib ruħek fil-lingwa ppreferuta tiegħek.

L-investiment kontinwu ta’ Newsbook fil-pjattaformi diġitali b’mod partikolari fit-teknoloġija tal-app, se jfisser ukoll li tkun tista’ tibda l-konverżazzjoni fuq il-mezzi soċjali ppreferuti tiegħek b’mod aktar faċli. Iffaċilitajna dan permezz ta’ icons tal-mezzi soċjali li huma aktar effiċjenti.

Dan it-titjib ikompli ma’ innovazzjonijiet oħra li introduċejna riċentament, fosthom il-buttuna “Switch to English” f’każ li tippreferi taqra bl-Ingliż, u logo aktar frisk.

Matul is-sena, Newsbook.com.mt wettaq żviluppi oħra, fosthom is-sistema tal-live blogging u t-teknoloġija li tipprovdi l-aħjar stampa kemm jekk qiegħed fuq smartphone ta’ 7-pulzieri, kemm jekk għandek tablet ta’ 12-il pulzier kif ukoll monitor ta’ 25 pulzier.

Xi trid tagħmel? Tinsiex taġġorna l-app ta’ Newsbook billi tagħfas hawn jekk għandek Android jew hawn jekk għandek iOS. Jekk għd m’għandekx l-app ta’ Newsbook.com.mt niżżilha minn hawn għal Android jew minn hawn għal iOS.

U fl-aħħar nett… Grazzi talli ssegwi Newsbook.com.mt

Fair, Accurate and Trustworthy