Aġenziji tal-ivjaġġar Ċiniżi jissospendu vjaġġi lejn iċ-Ċina

Tourists from an Air China flight from Beijing wear protective masks as they arrive at Charles de Gaulle airport in Paris, France, January 26, 2020. REUTERS/Benoit Tessier

Numru ta’ aġenziji turistiċi Ewropej ħabbru li qed jikkanċċellaw titjiriet

Għadd ta’aġenziji trustiċi qed jikkanċċellaw vjaġġi lejn iċ-Ċina u qed jipprovdu rifużjoni għal dawk li kellhom vjaġġi mixtrija lejn dan il-pajjiż. Dawn il-kanċellazzjonijiet qed isiru fid-dawl tat-tixrid tal-Coronavirus. 

Fil-Ġermanja, Studiosus, aġenzija tal-ivjaġġar li topera fuq l-internet, ikkanċellat il-vjaġġi li kellha mibjugħa sa’ April. 

Kelliema għall-kumpanija qalet li s-sena li għaddiet kien hemm aktar minn 2,300 persuna li siefru magħha fiċ-Ċina.  

L-organizzazzjoni li tirrapreżenta l-operaturi turistiċi, SETO rrakommandat lil membri tagħha biex jissospendi il-vjaġġi tagħhom lejn iċ-Ċina sal-21 ta’ Frar. 

Aktar kmieni aġenziji turistiċi Russi ħadu pass simili.

Dawn il-passi jkomplu joħolqu tħassib dwar l-impatt globali ta’ din il-marda b’mod partikolari fuq is-settur tal-avjazzjoni. 

Kull sena madwar 140 miljun persuna jmorru ċ-Ċina.