Aġenzija tal-Gvern tavża dwar ir-riskji tal-bejgħ taċ-ċittadinanza

L-aġenzija tal-Gvern ta’ kontra l-ħasil tal-flus, FIAU, avżat dwar ir-riskji tal-ħasil tal-flus li huma marbutin ma’ skemi ta’ bejgħ taċ-ċittadinanza.

F’nota ppubblikata fis-26 ta’ Lulju, l-FIAU għamlet referenza għal rapport mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-evalwazzjoni tar-riskji tal-ħasil tal-flus marbutin ma’ prodotti u servizzi speċifiċi. Ir-rapport tal-Kummissjoni kien ippubblikat fl-24 ta’ Lulju.

L-FIAU qalet li xtaqet tiġbed l-attenzjoni tal-persuni relevanti dwar dan ir-rapport. Qalet li l-evalwazzjoni tidenfitika 47 prodotti u servizzi li jista’ jkunu vulnerabbli għall-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu. Fl-2017 kien hemm 40 prodott u servizz. Fost il-prodotti ġodda issa ssemmew l-iskemi tal-bejgħ taċ-ċittadinanza u residenza.

Il-Kummissjoni qalet li fl-aħħar snin kien hemm żieda f’dawn it-tip ta’ skemi. Semmiet li tqajjem tħassib dwar riskji b’rabta mas-sigurtà, ħasil tal-flus, l-evażjoni tat-taxxa, u l-korruzzjoni.

Henley & Partners ipoġġu Malta fl-ewwel post f’rapport maħruġ minnhom stess