Aġenzija Ingliża serqet miljuni ta’ filmati personali meħuda bil-webcam

Rapport fil-ġurnal The Guardian qed isostni li l-aġenzija Ingliża GCHQ kien qed jirnexxilha tiġbor numru kbir ta’ filmat bil-webcam mingħand persuni li kienu jużaw is-servizzi ta’ Yahoo.
Min-naħa tagħhom Yahoo qalu li ma jafu b’xejn dwar dan l-ispjunaġġ u sostnew li dan huwa ksur tal-privatezza inaċċettabbli min-naħa tar-Renju Unit.
Skont dokumenti li ngħataw mill-whistleblower tal-NSA, Edward Snowden fost il-filmati li nsterqu kien hemm ħafna filmati personali.
L-aġenzija GCHQ qegħda tgħid li dak kollhu li għamlet huwa konformi mal-liġi.
Dan l-ispjunaġġ u serq tal-filmati bil-webcam jidher li sar bejn il-GCHQ u l-NSA Amerikana bejn l-2008 u l-2010. Fuq medda ta’ sitt xhur matul l-2008 kienu insterqu l-filmati lil aktar minn miljun u nofs persuna.