Aġenzija Ġermaniża tagħti A+ lil Malta

L-aġenzija ta’ kreditu internazzjonali, Creditreform Rating AG, ħabbret li qed tagħti rating ta’ A+, b’outlook stabbli, lil Malta.
L-esperti ta’ Creditreform faħħru t-tkabbir fl-ekonomija, fejn qalu li dan se jibqa’ fost l-ogħla fl-Unjoni Ewropea. Fil-fatt huma qed jistennew li d-dħul disponibbli tal-familji ser ikompli jitjieb, minħabba żidiet fl-impjiegi. Il-qgħad mistenni jkompli jonqos filwaqt li l-għoli tal-ħajja ser jibqa’ taħt kontroll.
Il-Gvern qal fi stqarrija li skont ir-rapport tal-Creditreform, it-titjib fis-suq tax-xogħol huwa dovut għal politika mħaddna mill-2014 ’l hawn. Fost l-oħrajn jissemmew miżuri bħall-in work benefit u ċ-childcare b’xejn.
L-esperti Ġermaniżi qed ibassru li, is-sena d-dieħla, il-piż tad-dejn nazzjonali ser ikun naqas qrib il-50% tal-ġid nazzjonali.
Il-Gvern qal li dan jikkuntrasta bil-kbir ma’ dak li kien jiġri f’amministrazzjonijiet preċedenti fejn pajjiżna tpoġġa tliet darbiet fil-proċedura ta’ defiċit eċċessiv.
Il-Gvern temm jgħid li dan huwa “ċertifikat ieħor ta’ fiduċja f’pajjiżna minn aġenziji internazzjonali indipendenti”. Semma’ wkoll li l-ħidma tal-Gvern ser tiffoka fuq il-prijorità li dan it-tkabbir jintuża biex l-ekonomija Maltija tissaħħaħ għall-futur.
Sadanittant, il-Ministru għall-Finanzi. Edward Scicluna, laqa' din l-aħbar.
Tista' taqra r-rapport sħiħ hawnhekk: