Aġenda Ewropea Ġdida għall-Kultura f’idejn Zammit Dimech

Il-Membru Ewroparlamentari Francis Zammit Dimech se jkun qed jaħdem fuq Aġenda Ewopea Ġdida għall-kultura.

Huwa saħaq li se jkun qed jaħdem fuq skemi ta’ mobilità biex artisti Maltin jkollhom ċans aħjar biex isiefru juru xogħolhom u jieħdu l-esperjenza. Hu wkoll enfasizza l-bżonn biex films Maltin u Ewropej jingħataw iktar importanza.

Huwa semma wkoll l-importanza ta’ diġitazzjoni tal-wirt kulturali, għax dan mhux talli jipproteġiħ, imma jagħmlu iktar aċċessibli għall-istudenti biex jistudjaw.

Huwa kkonkluda billi qal li se jaħdem biex il-kultura tgħaqqad is-soċjeta Maltija flimkien, peress li Malta għandha ħafna wirt kulturali u talent.