Afrika ta’ Isfel: 20 tifel u tifla jmutu f’vann tal-iskola

20 tifel u tifla tal-iskola tilfu ħajjithom fl-Afrika ta’ Isfel hekk kif il-vann tal-iskola baqa’ dieħel fi trakk u sploda f’ballun tan-nar.
L-inċident seħħ fil-provinċja ta’ Mpumalanga, fit-Tramuntana tal-belt kapitali Pretoria.
Il-kawża tal-inċident għadha mhijiex magħrufa.
Is-servizzi tal-emerġenza qegħdin fuq il-post filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.