Afganistan: Tibda l-elezzjoni għall-president li jmiss

Dalgħodu fl-Afganistan bdiet il-votazzjoni li se tiddeċiedi min bejn l-eks ministri Abdullah Abdullah u Ashraf Ghani se jkun is-suċċessur tal-president Hamid Karzai. 
Fl-ewwel rawnd ta’ votazzjoni li saret fil-5 ta’ April li għadda, Abdullah ġab 45% tal-voti waqt li Ghani kiseb kważi 32%. 
Sagħtejn qabel ma bdiet il-votazzjoni tal-lum, missila waqgħet f’Kabul mingħajr ma ħalliet vittmi.  It-talibani heddew li jagħmel sabutaġġ tal-votazzjoni. 
Il-Gvern Afgan ordna 20,000 uffiċjal tas-sigurtà biex joqgġodu attenti għal dak kollu li jista’ jiġri.